Probabbli wieħed qed jistaqsi x'inhu eżatt l-Atellier Francis Ebejer? Dawk li huma midħla tat-teatru żgur li semgħu bih qabel iżda aħna ħa nispjegawlkom fi ftit kliem u nagħtukom ħames raġunijiet għala wieħed għandu japplika.

Lura għas-sena 2018, Teatru Malta, li hu inizjattiva tal-Kunsill Malti għall-Arti, issieħeb mal-MADC One Act Play Festival u ħoloq serje ta’ workshops u mentorships iddisinjati għal kittieba u diretturi ġodda.

Il-missjoni tal-kompetizzjoni serviet sew għall-viżjoni ta’ Teatru Malta, hekk kif l-interess dak iż-żmien u kif ukoll issa, hu li l-kumpanija nazzjonali tat-teatru tinvesti fl-irfinar tat-talent ta’ kittieba u diretturi Maltin żgħar li qegħdin ifittxu biex jirfinaw aktar f’xogħlhom. Dan kien il-Proġett Francis Ebejer.

Dawn huma ħames raġunijiet għaliex wieħed għandu jittanta xortih!

  1. Biex tiltaqa' u taħdem fil-qrib ma' parritkanti tat-Teatru oħrajn
  2. Ħalli taħdem fil-qrib mal-bord ta' Atelier Francis Ebejer, li hu magħmul minn bord t'esperti fil-qasam Teatrali
  3. Biex ikollok spazju fejn tiddiskuti ix-xogħol teatrli tiegħek u ta' ħaddieħor
  4. Sabiex toħloq kuntatti, netwerks u pjattaformi tajbin biex trawwem aktar xogħlok fil-qasam teatrali
  5. U fl-aħħar mill-aħar biex inti tkun qed tagħti kontribut lejn professjonalizzazzjoni tal-industrija lokali tat-teatru tagħna.

Ħaffu għax illum hu l-aħħar ċans li tagħmel dan! Jekk taf lil xi ħadd interessat, aqsam miegħu dan l-artiklu. Wieħed jista' jsib aktar informazzjoni fuq is-sit ta' Teatru Malta HAWN u fuq il-paġna ta' Facebook HAWN.

Facebook / Francis Ebejer 1925 -1993


Emil Calleja Bayliss