L-MP Għawdxi Chris Said dalgħodu qasam aħbar ta' qsim il-qalb, "Ħalliena l-Perit Joe Dimech. Ħalliena ħabib li miegħu kont niltaqa' ta' spiss għal snin twal. Ma nista' ninsa qatt id-diskussjonijiet li kien ikollna u kif f'nofs diskussjoni kien jirnexxielek iżżerżaq ċajta jew tagħti l-esperjenza tiegħek."

Hu jkompli jgħid, "Tgħallimt ħafna minn għandek. Ser nibqa' ngħożż l-esperjenzi li qsamt miegħi kull darba li konna niltaqgħu għal kafè. Ma jien ser ninsa qatt il-ħidma kbira li wettaqt f' Għawdex, fil-Partit Nazzjonalista u anke fil-Belt Victoria fejn inti servejt ukoll bħala Sindku. Inwassal il-kondoljanzi lill-martu Marisa, lis-sitt uliedu u t-tfal tagħhom kif ukoll lill-qraba u ħbieb kollha. Strieħ fis-sliem Perit."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u ħbieb tiegħu f'dan iż-żmien diffiċli.

Facebook / Partit Nazzjonalista Xagħra


Emil Calleja Bayliss