Ilbieraħ 29 ta’ Novembru kien għeluq snin missier Mariella Pace Asciak. Għalkemm illum il-ġurnata ħalliena, fuq il-profil ta’ Facebook tagħha Mariella kitbitlu messaġġ minn qalbha.

Hi qaltlu li kieku tista’, tagħti dak kollu li għandha biex terġa’ tgħannqu u tbusu għal darb’oħra fl-għeluq sninu.

“Ħallejtli vojt kbir f’qalbi… nibqa’ nħobbok sal-ġurnata li mmut.”

Kieku kien għadu magħna, missier Mariella kien jaqgħlaq 105 sena. Iżda bħalma temmen Mariella, hu żgur li jinsab għas-sliem fil-ġenna.

Facebook/Mariella Pace Asciak 


Nicole Barbara