Is-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni ħabbret it-telfa ta’ membru ħabrieki u maħbub minn kulħadd: Reno Spiteri. Reno kien bniedem ċajtier u jgħin f’kull ħaġa; piroteknika, armar u banda… kont issibu dejjem jgħin bil-qalb u bi tbissima. Il-preżenza tiegħu kienet timla kull fejn kien ikun. Fuq kollox, Reno kien raġel u missier ta’ żewġt itfal, Dylan u Anthea.
Fuq il-midja soċjali, is-Soċjeta’ Filarmonika qalet li “L-imħabba tiegħu lejn is-Soċjeta’ tagħna għaddieha wkoll lil uliedu. Grazzi ta’ kollox ħabib tagħna!”
Il-funeral tal-maħbub Reno Spiteri se jsir għada, it-Tlieta 24 ta’ Novembru 2020, fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Luqa fit-3.00pm. Il-familja tapprezza jekk il-partitarji jilbsu flokk tal-festa li tant kien iħobb Reno.
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Reno, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż.