Yvette Camilleri hija hairdresser u kienet minn tal-ewwel li għalqet is-salon tagħha, dejjem imxiet mal-prevenzjonijiet li ssuġġeriet l-awtorita tas-saħħa. Fuq Xarabank, Yvette staqsiet lil Prof. Charmaine, “L-inkwiet tiegħu hu ma nistax noqgħod 2 metri ‘l bogħod mill-klijenti u ser indum 15-il minutra ħdejn l-istess persuna. Apparti li rrid immiss il-klijenta”.
Għal dawn il-ħsibijiet Prof. Charmaine għamlet kuraġġ lill-Yvette filwaqt li qaltilha, li vera hemm riskju ta’ 2 metri iżda permezz tal-visors u maskri tkun qed tnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni. “Ma jkunx hemm nies ħdejn xulxin għax ser jkun hemm is-siġġijiet 2 metri ‘l bogħod jew perspex” tgħid Prof. Charmaine. Iżżid tgħid ukoll li kien għalhekk li itroduċew il-miżura li ma jiddaħħlux ħafna nies f’salt fis-salon.
Prof. Charmaine tkellmet ukoll fuq il-famużi blow drys filwaqt li qalet li b’rakomadazzjoni “l-blowdrys għandhom jiġu evitati”.
Fil-programm ukoll persuna vulnerabbli ċemplet fil-programm. Din il-persuna hi hairdresser u staqsiet jekk hux qiegħda f’riskju jekk tiftaħ. Prof. Charmaine issuġeriet li tagħmel assesment test mat-tabib personali tagħha iżda bil-miżuri ta’ mitigazzjoni, dawn ser ikunu qed jgħinuha u jiproteġuha.
“Mhux kull min hu vulnerabbli jkun fl-istess riskju” - Prof. Charmaine Gauci fuq Xarabank tal-lejla.