Permezz ta’ ktiba ċkejkna fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Aġġornament tat-temp qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni utli rigward it-temp mistenni għall-Ġimgħa L-Kbira.

“Ħafna qegħdin tistaqsu għall-Ġimgħa L-Kbira kif ser ikun it-temp ħabba l-purċissjonijiet u avvenimenti marbuta. Filwaqt li għadu kmieni biex ikollna idea ċara ta’ kif ser ikun it-temp, hemm possibilita għolja li f’dik il-ġimgħa jkollna xi maltemp,” qalu huma.

“Però is-7 ta' April mhux indikat la bix xita u lanqas bir-riħ qawwi. Però għadu kmieni u jista’ jinbidel,” żiedu jgħidu huma.

Komplew fil-ktiba tagħhom billi kitbu dwar it-temp previst għal din il-ġimgħa fejn fost l-oħrajn qalu li għat-Tnejn mistenni jkun “ftit imsaħħab b’ riħ forza 4 għal 5 b’possibilita ta’ forza 6 majjistral.”


Charlton Cefai