Kull meta xi ħadd jiġi nieqes, it-telfa u l-firda tassew kerha. Iżda meta dak li jkun, ikun għadu żgħir fl-età, din il-firda tkun ħafna agħar. Fuq il-mezzi soċjali, ilbieraħ tħabbar li Mandy Refalo għaddiet għall-ħajja ta' dejjem.
Proprju jumejn ilu, ħabiba tagħha talbet għat-talb, "ħabiba 4 xhur ilu sabet li m'hemm l-ebda kura għall-mard tagħha. Alla, il-familja u l-ħbieb tagħha huma konfużi, miġugħin, u mhumiex ċerti dwar kif jimxu 'l quddiem. Alla, nitlob li jekk hi r-rieda tiegħek li tfejjaqha irrispettivament minn dak li jgħidu t-tobba."
Sfortunatament ma kellux ikun u Mandy ingħaqdet mal-Ħallieq. Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tagħha u lill-ħbieb tagħha li qed iħossu n-nuqqas tagħha tant!
Facebook / Mandy Refalo