Telfa oħra qabel il-waqt! Ilbieraħ filgħaxija, fuq il-mezzi soċjali ġriet l-aħbar li ħalla din id-dinja iż-żagħżugħ Clinton Mallia. Kienu bosta li esprimew id-diqa għal din l-aħbar. Mewta oħra ta' xi ħadd fil-fjur ta' ħajtu li ħasdet lil dawk kollha li kienu jafuh.

Ryan Mallia jikteb, "Ħija l-għażiż, irnexxielek titlaqni wkoll, għajjet nitlef nies li nħobb f'ħajti. Inwegħdek li qatt mhu ħa nneħħik minn qalbi. Kont inħobbok wisq, nitolbok żomm idejk fuqna minn hemm fuq. Strieħ fis-sliem, anġlu ieħor hemm fuq."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' Clinton u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u l-ħbieb kollha tiegħu. Nitolbu għalihom sabiex isibu l-wens u l-kuraġġ f'dan iż-żmien iebes. Strieħ fis-sliem għażiż Clinton u kompli ħares lill-għeżież tiegħek minn fejn tinsab.


Emil Calleja Bayliss