Terry ta’ Bormla magħrufa ħafna għall-filmati li ttella’ fuq il-midja soċjali - iżda din id-darba kitbet messaġġ fejn żvelat li rċiviet aħbar sabiħa.

“Għadni kemm ħadt aħbar sabiħa, b-telefonata, li għada l -Ġimgha, għandi meeting importanti  ħafna għalija, ma' xi ħadd li tant ili nistenna,” kitbet hi.

“Sew jghidu li ma għandek qatt taqta' qalbek fil-ħajja. Dan il-meeting huwa speċjali ħafna għalija. Min hawn nixtieq ngħid grazzi li fl-aħħar dan il-meeting tant għal-qalbi ha jseħħ. Inħossni fis-seba' sema.”

Tgħid ma’ min hu dal-meeting? U se tgħidilna Terry?

Facebook/Terry Ta' Bormla


Nicole Barbara