Odessa Green illum tiċċelebra għeluq sninha, il-kantanta lokali tagħlaq 43 sena. Hi kienet imwielda ġewwa l-Belt Valletta u għal madwar tnax-il sena, il-kantanta kienet għexet mas-sorijiet. Waħda mis-sorijiet kienet Rose Xuereb li dejjem uriet lil Odessa imħabba speċjali, imħabba li joffru s-sorijiet lit-tfal kollha!

Fuq Sibtek tas-sena l-oħra, it-tim ta' Ryan u Josmar kienu għamlu sorpriża mill-isbaħ lil Odessa, għax kienu stiednu lil Rose fuq il-programm u kitbitilha ittra mill-isbaħ. Ittra li tmiss il-qlub u li turi l-karattri vivaċi li kellha Odessa minn età żgħira. Ħsibna li f'dan il-jum nerġgħu naqsmu dan il-filmat mill-isbaħ!

Odessa għandha relazzjoni mill-aqwa, mal-kantant Malti Renato li għena ħafna sabiex tibda miexja fil-qasam tal-kant u takkwista tant u tant esperjenza. Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Odessa l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u nawgurawlha dak kollu li tixtieq qalba!


Emil Calleja Bayliss