Il-paġna ta' Facebook Malta Weather irrapurtat li t-temp mistenni jisħon daqsxejn! Dan ma jfissirx li ħa nkunu nistgħu naqilbu għal ħwejjeġ tas-sajf imma fl-aħħar it-temperatura mistennija tilħaq dak li suppost tkun tul dawn iż-żminijiet.

Taf ukoll titla' ftit aktar mill-medja, il-massimu li qed jiġi rrapurtat hu ta' 18-il grad fi tmiem il-ġimgħa li ġejja! Dan ħa jiġri minħabba arja sħuna mill-Afrika ta' Fuq li ħa tħalli impatt fuq il-gżejjer Maltin!

Żgur li hawn min din l-aħbar ħa tinżillu għasel għax ilu jgerger bil-bard! Ngħiduha kif inhi, il-kesħa żmienha fl-aħħar mill-aħħar! X'aħsbu?

Instagram / Love Malta Eats


Emil Calleja Bayliss