Narawh ta' kull sena jmexxi l-orkestra fl-Għanja tal-Poplu, narawh imexxi l-orkestra f'uħud mill-aqwa avvenimenti f'pajjiżna u wieħed jista' jgħid li jgħix għal mużika. Kien id-direttur mużikali tal-Malta Song For Europe bejn l-1995 u l-1997, id-direttur mużikai tal-Festival Tal-Kanzunetta Maltija bejn l-1995 u l-1996.
Indunajtu fuq min qed nitkellmu? Qed nitkellmu fuq Mro Joe Brown li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Joe Brown jagħlaq 60 sena llum! Joe twieled Bormla, miżżewweġ u missier ta' żewġt itfal - Amy u Abigail. Barra minn hekk hu kompożitur u saħanistra kkompona musicals, barra kanzunetti.
Fost dawk li awgurawlu fuq il-midja soċjali, nsibu lil Lawrence Gray. L-ewwel kanzunetta li Lawrence Gray qatt kellu fil-finali tal-Malta Song For Europe, kienet b'kompożizzjoni tiegħu u kliem ta' Joe Julian Farrugia, kanzunetta bl-isem ta' Newborn Heart.
Aħna f'isem Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'dan il-jum, nixtiqulu saħħa u dak kollu li tixtieq qalbu. Nittamaw li nkomplu narawh b'sehem attiv fix-xena mużikali ta' pajjiżna! Awguri Joe!
M3P - Joe Brown