Il-paġna tas-saħħa mentali fl-Universita’ ta’ Malta kitbet dwar grupp student li għażlu li jattendu mixja l-Belt Valletta bil-għan li jippromwovu s-saħħa mentali.

Il-paġna kitbet, “Grupp student mill-ewwel u t-tieni sena attendew il-mixja għas-saħħa mentali li saret il-Belt Valletta. L-avveniment kien organizzat mill-assoċċjazzjoni għas-saħħa mentali u appoġġjata minn numru ta’ NGOs. L-għan huwa li nżidu l-għarfien u nnaqqsu l-istigma kif ukoll inħajjru l-involviment tal-komunita’. Dawn l-avvenimenti jippromwovu post sigur għall-individwi biex jingħaqdu flimkien, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jenfasizzaw l-importanza tas-saħħa mentali.”

Huma komplew, “Din il-mixja tissimbolizza l-unita’ fil-ġlieda għall-appoġġ tas-saħħa mentali u tfakkarna li ħadd mhu waħdu fl-isfidi tiegħu.”

Huwa ġest nobbli mmens li studenti nvolvew ruħhom f'din il-mixja biex jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali għaliex minkejja li bosta jiltaqgħu ma’ sfidi li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa mentali, xorta waħda m’għadx hemm importanza mogħtija lil dan is-suġġett.

Facebook / Mental Health at UM


Gabriella Borg