Beda fl-2005 u s’issa ixxandru 342 episodju u aktar ma jmur ikompli jikseb popolarità. F’pajjiżna din is-serje għandha numru ta’ segwaċi wkoll. Fi Frar ta’ din is-sena, is-sensiela ġiet ikkonfermata bħala l-itwal sensiela li qatt deheret fuq l-istazzjonijiet Amerikani fil-ġeneru medikali. F’Mejju s-sensiela ġiet ikkonfermata għal żewġ staġuni oħra.

View this post on Instagram

A post shared by Grey's Anatomy Official (@greysabc) on

F’Settembru li ġej, jibda is-sittax-il staġun u l-intriċċi jkomplu. Is-sensiela hija kkunsidrata bħala waħda li ħalliet impatt fuq il-kultura inġenerali u llum il-ġurnata mhux ikkunsidrata biss sensiela imma tista’ tgħid fenomenu. L-impattu hu tant kbir, li Grey’s Anatomy wassal biex salva anke ħajjiet ta’ nies!

View this post on Instagram

A post shared by Grey's Anatomy Official (@greysabc) on

Fl-2011, kien hemm każ ġewwa l-Amerika fejn mara kellha attakk tal-ażma, it-tifla tagħha u ħabiba tal-qalb taw l-ewwel għajnuna minn dak li tgħallmu fuq Grey’s Anatomy. L-istess ġara fl-2017 ġewwa l-Iżrael fejn raġel soffra attakk tal-qalb u l-mara tiegħu, b’dak li kienet tgħallmet minn din is-sensiela għenitu b’massaġġi apposta.

View this post on Instagram

A post shared by Grey's Anatomy Official (@greysabc) on

Xi trid aktar minn hekk? Issegwi sensiela televiżiva li tista’ ssalva ħajja ta’ persuna! Mhux ta’ b’xejn daqshekk popolari!

Instagram / Grey's Anatomy


Emil Calleja Bayliss