"Grazzi Zi… Issa L-Mument Li Terġa' Tgawdi Lil Bintek Ħdejn Il-Mulej… Sellili Għan-Nanniet…" – Brian Farrugia Jsellem Liz-ZIja Tiegħu

L-attur Brian Farrugia kemm-il darba narawh jitfa’ kontenut umoristiku u li forsi jqanqlilna tbissima. Xi ħaġa li ħafna jfittxu speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida u inċertezzi. Madankollu bħal kull uman ieħor iġarrab, u f’xi waqtiet iħoss it-toqol tal-ħajja.

Brian ħabbar fuq il-profil tiegħu il-mewt taz-zija tiegħu, iz-Zija Doris, fejn anke sellem il-memorja tagħha. Brian jibda billi jindirizza lil Kristu msallab. “Illum ġejt nittawalek… bis-saħħa taz-Zija Doris… ma tantx niġi veru… mhux għax ma nirrispettakx ta’… għax traskurat… insomma inti tafu dan… illum itqajt maz-zijiet u l-kuġini wkoll… bis-saħħa taz-Zija Doris…”

Brian jindirizza liz-zija wkoll u jitlobha biex tgħaddi t-tislijiet tiegħu lil xi membri fil-familja li telqu qabilha minn din id-dinja. “Grazzi Zi… issa l-mument li terġa’ tgawdi lil bintek ħdejn il-Mulej… sellili għan-nanniet għax issa ili wisq żmien ma narahom… agħtihom tgħannieqa u bewsa għalija…”

Kondoljanzi mill-qalb lil Brian u lill-familja kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI