Aħbar ħażina hekk kif għadu kif iħalli din id-dinja mużiċist, Toni Fiteni. Dan kien mill-Belt Valletta u kien jagħmel parti mill-band ta’ F.Mizzi.
Il-Mużiċist Emannuel Fenech sellem il-memorja tiegħu permezz tal-midja soċjali u rringrazzjah tal-ħbiberija sinċiera li kellu lejh.
Aħna ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi sinċiera lil familjari ta’ Toni Fiteni. Jistrieħ fil-paċi.