Justine Shorfid, il-kantanta li saħħret lil kulħadd fit-tieni staġun ta' X Factor Malta fejn spiċċat fit-tieni post tal-istess programm wara Destiny li rebħet it-tieni edizzjoni, kitbet messaġġ mill-qalb lil ommha f'għeluq sninha. Omm Justine tissapportja lil bintha f'kulma tagħmel u dejjem tkun hemm għaliha.

F'dan il-jum għażiż Justine tikbtilha, "Imħabbti għalik hija bla tarf. Grazzi tat-trobbija sinċiera u t’għożża li tajtni. Fik sibt eżempju u ispirazzjoni biex dejjem inkun aħjar u ma nħalli xejn ikkissirni. Inti s-superwoman tiegħu għax f’ħajtek kont kapaċi tegħleb diversi ostakli u dejjem bqajt b’ħarstek 'il quddiem. Bħalek ma nsib qatt. Happy Birthday għażiża. Dejjem warajk sal-aħħar."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil ommha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri! 

Segwu l-filmat li tellgħat HAWN


Emil Calleja Bayliss