L-attur Davide Tucci jagħlaq sninu llum u għall-okkażjoni xtaq jitfa' xi ritratti flimkien ma' messaġġ għas-segwaċi kollha li tant jagħtuh appoġġ.
Davide jikteb dwar il-perseveranza tiegħu fejn jidħlu l-eżerċizzju u l-ħajja attiva."Għadni nipprattika, għadni nikber, għadni nitgħallem", kiteb Davide. Mir-ritratti wieħed jista' jara waħda mill-affarijiet li tant jaħdem għalihom, il-progress fl-istatura ta' ġismu. "Grazzi talli kontu parti mill-vjaġġ. Inħobbkom kollha", kompla jikteb Davide.
Minn qalbna nawgurawlu l-isbaħ xewqat! Ħerqana biex narawh f'aktar produzzjonijiet!