Daniel Chircop illum kellu messaġġ speċjali għal martu Fiorella fl-okkażjoni ta' għeluq sninha.
Jibda billi jikxef ma' kulħadd kemm għalqet żmien... fil-waqt li jikkumplimentaha bħala "Bniedma speċjali għalija u omm tajba ta' tlett itfal, mara tal-ġenn u ħabiba ta' kulħadd". Waqt li jistqarr kemm iħobbha, jgħid kemm jixtieq li jkollha sena oħra mimlija saħħa u kuntentizza, kif ukoll ċ-ċans li jiċċelebraw "għal 60 darba oħra jum għeluq sninha flimkien".
Awguri mill-qalb Fiorella!