Il-kantant lokali Matthew James Borg kiteb messaġġ mill-isbaħ fl-okkażjoni ta' għeluq snin martu Lindsey. Matthew jibda billi jesprimi l-ferħ li ġabet magħha f'ħajtu u kemm hu kuntent u kburi biha.

"Din il-ħajja berkitni bi bniedma speċjali. Enerġija li ddawwarni bil-paċi, bl-hena u  bl-imħabba kuljum. Persuna li ġġegħelni naħdem biex inkun l-aħjar verżjoni tiegħi nnifsi."

Matthew jkompli, "Lindsey Borg Brincau (għadha tinstema' ħelwa) grazzi talli dħalt f'dan l-univers u f'ħajti. Illum niċċelebraw lil MARTI." Matthew xerred ritratt mill-isbaħ tagħhom it-tnejn, li juri biċ-ċar l-imħabba kbira li hemm bejniethom.

Awguri mill-qaln Lindsey!


Kyle Zarb