Il-preżentatur Etienne Schembri, qasam ritratt mal-ħbieb u segwaċi tiegħu fuq Facebook flimkien ma' martu, ibnu u l-kelba tagħhom. Hu qasam dan ir-ritratt sabiex jawguraw l-isbaħ xewqat lil martu f'dan il-jum speċjali.
Illum, il-mara ta' Etienne, Mariella tiċċelebra għeluq sninha. Hu jikteb, "Illum f'għeluq sninha nawgura l-isbaħ xewqat lill-mara tiegħi Mariella u ngħidulha grazzi tal-paċenzja li żżomm bina u b'Fity."
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Mariella l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha!
Stefan Stafrace - Facebook / Etienne Schembri