Nhar ta' Tlieta filgħaxija t-telespettaturi ta' TVM qed ikunu ħerqanin biex isegwu s-sensiela Ta' Gerit, b'Theresa Gauci bħala l-protagonista, li żgur serqet il-qlub ta' kulħadd.

Ilbieraħ fuq il-paġna uffiċjali ġie ppubblikat fil-qosor dak li ġara waqt l-episodju tal-bieraħ. "Waqt ikla familjari. Rachel u Isaac jiltaqghu, imma ma wasalna mkien specjali. Insiru nafu bicca mill-passat ta' Lino U Rachel u Lino... se jikkonfoffaw."

Waħda mill-atturi, Alison Abela, li taħdem il-parti ta' Maria, tefgħet xi ritratti minn wara l-kwinti waqt l-ikla li ħejjew fl-episodju tal-bieraħ. "

Bħalissa peress li għaddejja t-tazza tad-dinja, l-episodju Ta' Gerit li jmiss ser jinqabeż il-ġimgħa d-dieħla. It-tim javża li ser ikun qed ikompli nhar it-Tlieta ta' wara, 6 ta' Diċembru.

Ħerqanin għal kif ħa tkompli l-istorja?!


Kyle Zarb