Illum tiċċelebra għeluq sninha Cristina Bellizzi. Hi taqsam ritratt u messaġġ mill-isbaħ li turi l-kuntentizza tagħha lejn il-ħajja u dwar il-fatt li rnexxielha tasal s'hawn minkejja l-isfidi li għaddiet minnhom tul is-snin.
Cristina tibda billi tg]id, "Illum qed niċċelebra it-38 sena. Grazzi Mulej talli għoġbok tislifni sena oħra. Grata mmens u kuntenta li wasalt s’hawn. Sfortunatament dan hu l-ewwel birthday mingħajr l-iżjed persuna li nħobb u niftakar fiha kuljum. Minn dejjem kienet tkun l-ewwel waħda li tawgurali f’għeluq snini. L-għażiża Nanna żgur li qed tħarissni ‘l ħin kollu minn hemm fuq."
Hi ttemm, "Dan xahar speċjali. Sirt ukoll zija mingħand oħti iż-żgħira. Grazzi lil mama’ li tatna trobbija tajba u ħajr lil ħuti u n-neputijiet li tant aħna magħqudin. Grazzi lilkom kollha tal-ħbiberija sinċiera."
Facebook / Christina Bellizzi