Il-kantanta lokali Eleanor Cassar, li m'għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni, qed tiċċelebra għeluq sninha llum. Lil Eleanor konna rajnieha tirbaħ l-Għanja tal-Poplu, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u pparteċipat f'numru ta' festivals oħra inkluż il-Malta Eurovision fejn anke waslet sat-tieni post fl-2009.
Eleanor irrappreżentat lil Malta b'suċċess f'diversi pajjiżi barra minn xtutna. Illum il-kantanta qed tiċċelebra għeluq it-42 sena tagħha. F'dan il-jum hi kitbet post tassew ħelwa b'ringrazzjament lill-Ħallieq fejn kitbet, "Grazzi Mulej ta' dawn it-42 sena ħajja f' din id-dinja... kemm hi isbaħ ħajti bik!"
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Eleanor l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum imżewwaq b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nittamaw li jkollha sena mimlija suċċessi u esperjenzi mużikali biex tkompli tpaxxi lill-udjenzi bil-vuċi sabiħa tagħha.
Awguri mill-qalb Eleanor!
Facebook/ Eleanor Cassar II