Il-kantanta lokali qasmet ħsieb mill-isbaħ f'għeluq sninha, ħsieb li jġiegħel lil dak li jkun jirrifletti ftit. Eleanor kitbet, "U bħal llum 38 sena kienet il-ġurnata ta' twelidi. Grazzi Mulej għal dan iż-żmien li għoġbok isellifni u nitolbok tkompli tagħtini saħħa ħa nibqa' nieħu ħsieb u ngawdi lill-familja tiegħi."

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nixtiequ li nieħdu l-opportunità biex f'dan il-jum speċjali nawguraw lil Eleanor Cassar l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija b'ħafna saħħa, imħabba u dak kollu li tixtieq qalbha. Ninsabu ċerti li l-kantanta ħa tkun qed tqatta' l-ġurnata tagħha ma' żewġha Carl u t-tliet itfal tagħhom.

JJ Chircop - Facebook / Eleanor Cassar


Emil Calleja Bayliss