Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa Chris Fearne xtaq jawgura lit-tim mediku, li jum wara l-ieħor qed jiddedika ħajtu lil tant pazjenti u l-familjari tagħhom. Persuni li b'rieda tal-azzar jikkumbattu kontra l-marda qerrieda tal-kanċer fost l-oħrajn.

"National Cancer Survivors Day - mhux kemm ittik gambetti l-ħajja, imma kemm-il darba tqum minnhom. Grazzi lit-tim tal-Isptar tal-Onkoloġija SAMOC li ta’ kuljum jgħinu mijiet jerġgħu jqumu." Dan kitbu Fearne u xerred ritratti flimkien mat-tim ta' eroj, it-tim mediku.

Grazzi minn qalbna!

Facebook/ Chris Fearne


Kyle Zarb