Bosta nies li ħadu sehem fil-kunċert Sempre Vivo/Dejjem ħaj ippreżentaw ċekk ta’ ‘l fuq minn €36,000 lil Puttinu Cares mill-flus li ġabru mill-kunċert. Dan seħħ ilbieraħ ġewwa  x-Xagħra Għawdex, b’żewġ stili differenti ta’ mużika, fejn ħadu seħem kantanti u orchestra. Dan sar sabiex ifakkar il-memorja ta’ Geordie.

“Grazzi lil kull min kien parti minn Sempre Vivo/Dejjem ħaj! Kien lejl inkredibbli għalina, u għal ħafna oħrajn!” kitbet il-paġna ta’ Puttinu Cares, u qasmet ritratt ta’ dawk li preżentawlhom iċ-ċekk.


Nicole Zammit