Illum jagħlaq sninu stilista lokali, li apparti jikkrea diversi lbies għal tant persuni fosthom mudelli u personalitajiet magħrufa, dejjem hemm biex jagħti opportunità lil tant nies. Permezz tal-ispettakli u produzzjonijiet tiegħu Gaetano qed jgħin tant mudelli b'mod speċjali biex jesponu l-passjoni u t-talent tagħhom. 

Saħansitra Gaetano ta opportunitajiet lil mudelli Maltin biex jirrappreżentawna barra minn xtutna, fosthom Jean Claude Tonna, Mr. Diamond European Union 2024 u Mr Haus of Gaetano 2024, li ser jirrappreżentana ġewwa l-Amerika s-sena d-dieħla. Fost dawk li awgurawlu hemm oħtu Fiona, li tant tgħinu u tkun hemm għalih fix-xogħol tiegħu. 

"Awguri u xewqat sbieħ lill-għażiż ħija. Grazzi immens ta' kemm insibek hemm għal kull sitwazzjoni f'ħajti ta' kemm tħobb lit-tfal tiegħi u ta' kemm tgħajjili moħħi, dejjem tivvinta xi ħaġa ġdida, m'għandekx kwiet. Inħobbuk ħafna, ħafna."

Awguri mill-qalb Gaetano!


Kyle Zarb