Nhar is-Sibt li għadda 7 ta' Marzu sar l-Malta Music Awards fejn ingħataw diversi premjijiet u rikonoxximenti. Wieħed minnhom kien 'The Life time achievement Award' li mar għall-Greenfields. F'post li tella' JAnvil, irringrazzja lil dan il-grupp tal-ispirazzjoni li dejjem tawh.

Fil-fatt JAnvil semma kif iz-zijiet tiegħu Joe u Carmen kienu wkoll ta' ispirazzjoni għalih fil-kamp mużikali bħal ma kienu għal tant oħrajn. Semma wkoll il-memorja ta' Charles Bajada li kien ukoll parti mill-grupp u li ħalla din id-dinja.

Awguri lilkom mill-qalb Joe u Carmen! Żgur li l-Greenfields ħaqqhom kull tifħir għaż-żamma tal-mużika folkloristika popolari Maltija!

Filmat: www.maltanetworkresources.com

Ritratt: Facebook/ ICam Photography


Clifford Galea