Sitt snin ilu, wara battalja ta' sentejn mal-cancer tas-sider ġiet nieqsa Nirvana, il-messaġġ sabiħ tagħha għadu jidwi f'aktar minn forma waħda. Hi kienet qajmet kuxjenza kbira fuq il-midja sabiex in-nisa jmorru jiċċekkjaw sidirhom u ma jiddejqux jagħmlu dan għax faċilment jistgħu jsalvaw ħajjithom.

Il-ħabiba tagħha Fracesca Scerri Rizzo, f'post fuq il-midja soċjali kitbet: “tant ħajjiet ġew salvati grazzi għall-kuxjenza kollha li ħloqt. Nisa jiġu fuqi ħafna drabi jgħiduli grazzi għalik dawn ġew eżaminati. It-tbissima sabiħa tiegħek għadha tiddi permezz tas-subien sbieħ tiegħek... l-ispirtu tiegħek jiggwidana dejjem. Għal dejjem f'qalbna.”

Ritratt: Facebook / Xarabank

Post tassew mill-qalb li turi li għalkemm Nirvana, m'għadhiex magħna fiżikament, l-ispirtu u l-messaġġ tagħha għadu jidwi u jidwi sew. Bħal ma għadu jidwi u huwa fost l-isbaħ kliem li nkiteb, il-messaġġ twil li kitbet Nirvana. Messaġġ li jġiegħlek tirrifletti fuq il-ħajja u kemm hu sabiħ li tgawdi kull mumenti possibli, messaġġ li wieħed jista' jsib HAWN.

F'isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta' Nirvana u nappellaw sabiex il-messaġġ sabiħ tagħha jibqa' jidwi... għax b'vista' waħda, wieħed jista' jsalva ħajtu! Tħallix il-biża' tirbaħ għax tista' tkun fatali.

Facebook / Xarabank


Emil Calleja Bayliss