Fuq il-paġna Wildlife Rescue Team Malta ġie ppubblikat każ solvut ta' disa' qniefed li ġew salvati grazzi għall-koperazzjoni tar-residenti tal-madwar kif ukoll il-vountiera kollha tat-tim tagħhom u ta' Nature Trust - FEE Malta.

Nature Trust jirringrazzjaw lil dawn ir-residenti minn Ħal Luqa li ċemplu minnufih meta raw is-sitwazzjoni, kif ukoll persuna partikolari residenti fi Triq Il-Vjolin Ħadrani li ħadet ħsieb l-apparat li tpoġġa biex jiġu salvati l-qniefed. 

Prosit lil dawn ir-residenti li kienu ta' għajnuna kbira waqt din il-missjoni.


Kyle Zarb