Żgur li bosta għadhom sal-lum il-ġurnata jiftakru s-sigla li kienet tindaqq ma' kull puntata mis-serje ikonika F'Baħar Wieħed sa aktar minn għoxrin sena ilu.

Il-kantawtriċi Maltija Rita Pace kienet ħadet ħsieb mhux biss tikteb il-lirika ta' din is-sigla iżda wkoll tkanta l-kanzunetta nfisha. Min-naħa 'l oħra, l-kompożizzjoni kien ħa ħsiebha l-kompożitur bravissimu Paul Attard.

Illum il-ġurnata, Rita u Paul ilhom 16-il sena miżżewġin. Fil-fatt, il-kantanta tistqarr li "vera spiċċaw f'baħar wieħed".

Fuq il-mezzi soċjali, Pace tistqarr ukoll li huwa proprju għalhekk li din is-sigla partikolari ġġibilha tant memorji sbieħ.

"Apparti minn hekk ħdimt ma' fost l-aqwa atturi u artisti li għandna f'pajjiżna," tikteb Rita, hekk kif is-serje kien ra l-kitba ta' Lino Grech u s-sehem ewlieni ta' diversi atturi rinomati fosthom Gemma PortelliFabian Scerri De CarloRonald Saliba u tant oħrajn.

Awguri lil Rita u Paul!


Cristian Tonna