L-attivista Maria D'Amato fissret is-sodisfazzjon tagħha li kelb bħal Gelinu li sa sena ilu kien ġie misjub fi stat inaċċettabbli b'feriti f'għonqu, illum il-ġurnata qed jingħata l-opportunità li jgħix ħajja aħjar f'ambjent ta' mħabba.
"Grazzi għal nies bħalkom li jiftħu qalbhom u jagħżlu li jadottaw, klieb bħal Gelinu jaraw bidla f'ħajjithom," kitbet l-attivista.
Hija appellat għal aktar familji sabiex bħal dawn jagħżlu li jadottaw annimal.
D'Amato hija magħrufa sew li tgħin b'mod regolari diversi annimali li jsibu rwieħhom abbandunati għan-nom tal-għaqda tagħha Innocent Paws.
Prosit tassew!