"Dak li għandi xi ngħid anqas nista' niktbu iżda nista' ngħidu", qal Ivan Gaffiero fuq live video fuq facebook. "Kont ġol-karozza tiegħi u waqt li kont qed insuq għall-ħabta tal-16:00 ċempilli l-mobile u persuna qaltli: 'Jekk nieħu xokk immut?' " Ivan jgħid li għall-ewwel ħasbu li xi ħadd biex jiċċajta iżda l-persuna nsistiet u fakkritu li ċemplitlu ġurnata qabel u li qallu li hu mdejjaq ħafna.

Imbagħad Ivan għarfu ghax semmielu fejn joqgħod u qallu minn xhiex kien għaddej; uliedu ma jridux jafu bih u anqas martu. Jgħid li l-persuna bdiet tibki u qaltlu li se tieħu xokk issa. Ivan qal li beda jkellmu u l-Bambin għenu u fakkru kemm hawn nies jixtiequ jgħixu u ma jistgħux.

Ivan ikkonvinċieh biex jagħti n-numru tiegħu lill-179 biex jikkuntattjawh u għenuh mill-ewwel. Isimgħu ftit x'ġara!

Ivan jgħid li qabel ma kienx jirrispondieh it-telefon minħabba d-difett li kellu iżda issa sar jirrispondi kull telefonata li jkollu għax jemmen li jista' jgħin lin-nies.

Ritratt: Facebook/ Ivan Gaffiero


Clifford Galea