Il-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici għadu kif kellha esperjenza mużikali mill-isbaħ waqt il-kunċert Stage and Proms On the Sea, prestazzjoni li fissret ħafna għaliha fid-dawl tal-waqfien li għaddiet minnu l-industrija tal-ispettaklu.
Sarah tikteb, "Ir-reazzjoni tal-udjenza wara prestazzjoni fuq il-palk, tpoġġili tbissima li mhix kwalunkwe. Grata taċ-ċans li nkanta, li naqsam il-passjoni tiegħi ma' ħaddieħor."
Il-kantanta kellha rispons mill-aqwa mill-udjenza ta' dakinhar u din kienet xi ħaġa li tant lissnet ferħ u emozzjoni fiha. Ninsabu tassew ferħana li qed naraw tant artisti jerġgħu lura fuq dak il-palk, il-post li tant ma jistgħux jgħixu mingħajru!