Illum il-Prim Ministru u l-mara tiegħu Dr Lydia Abela qed jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom. Ftit tal-ħin ilu, Lydia awguraw lil żewġha f'dan il-jum speċjali tant għalihom! Hi kitbet, "12-il sena ta' żwieġ. Robert Abela Inħobbok u nammirak għall-karattru sod li għandek, it-tbissima ġenwina u l-valuri tiegħek. Grata li għandi lilek f'ħajti. Inħobbok."
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lill-Prim Ministru u lil martu l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż. Nittamaw li jkomplu jgawdu l-imħabba ta' xulxin għal ħafna u ħafna snin. Minn qalbna nawgurawlkom l-isbaħ xewqat. Min jaf jekk iċ-ċkejkna Giorgia Mae hux ħa tħejjilhom xi sorpriża llum?
Facebook / Lydia Abela