Il-preżentatur ta' Malta's Got Talent u preżentatur tar-radju flimkien ma' Anna u Carlo fuq Magic Malta waqt il-programm Carlo's Breakfast Cafe' jinsab maqful ġewwa dar bi kwarantina. Hu qasam din l-aħbar fuq il-profil tiegħu.

Żgur mhux forsi li diversi semmiegħa immissijaw il-karattru ċajtier ta' Gordon tul dawn l-aħħar ftit jiem. Jidher li wasal nofs trid għax illum hu s-seba' jum tiegħu. Ninsabu ċerti li Gordon ħa jsib kif jagħmel użu mill-ħin tiegħu.

Aħna nittamaw li hu jibqa' b'saħħtu u ma jdumx ma jirritorna fuq ir-radju. Kuraġġ Gordon, jgħaddu wkoll!

Facebook / Malta's Got Talent


Emil Calleja Bayliss