Wieħed mill-iżjed personalitajiet maħbubin Maltin illum se jkun qed jiċċelebra għeluq sninu.

Kif ħafna jafu, Gordon Bonello hu magħruf bħala wieħed mill-aqwa atturi li għandna - naħseb kollha tifakruh meta kien għamel il-parti ta’ Daniel fl-Evanġelisti u Ramon f’Deċeduti hux?

Apparti minn hekk, hu kien il-producer tal- Junior Eurovision f’Malta, fil-Georgia u Belarus. Dawn l-aħħar sentejn qed jagħmel xogħol ta’ produzzjoni u direzzjoni f’X Factor Malta.

gordon
Ritratt: Dixon Vella Photography

Ġie mħabbar ukoll li dalwaqt se jibda jippreżenta programm ġdid fuq l-istazzjon tar-radju Magic Malta 91.7 ma’ Anna Vella u Carlo Borg Bonaci.

Awguri Gordon! Nixtiequlek ġurnata mill-isbaħ u iżjed suċċessi sbieħ f’ħajtek.

Ritratt: Dixon Vella Photography


Nicole Barbara