Riċentament, Andreana DeBattista kienet waħda mill-mistiedna fuq Tonight flimkien ma' Luca Lorenzo u l-attur Eric Grech. Andreana tiżvela li hi tassew tieħu gost meta xi ħadd barra jagħrafha u jwaqqafha.

Bla tlaqliq ta' xejn lil Brandon Terribile, il-preżentatur ta' Tonight, tgħid li l-popolarità tieħu gost biha mmens. Hi tgħid, "Jien tgħidx kemm nieħu pjaċir meta jagħrfuni. Il marelli kemm nieħu pjaċir. Ifhimni ilni ftit issa imma kull darba li jgħiduli, 'Int mhux...', nieħu gost. Ngħid, iva jien orrajt?"

Hi tgħid li filgħodu toħroġ bla make-up u meta jagħrfuha tistħi ftit. Andreana nfatti tispjega, "inħobb noħroġ bla make-up xejn... hekk irranġata make-up artist tajba." Meta donnhom ma jkunux ċerti jekk hi għax ma tkunx bil-make-up u mbiddla, hi tistqarr li tgħid, "Il marelli kemm qiegħda ħażin għax kieku għarfuni mill-ewwel. Imma nieħu pjaċir meta jagħrfuni."


Emil Calleja Bayliss