Illum inzerta jaħbat għeluq it-13-il anniversarju taż-żwieġ ta’ Gloriana u tas-surmast Aurelio Belli.
Gloriana tefgħet post fuq il-midja soċjali tagħha fejn awgurat lil Aurelio f’dan il-jum speċjali u uriet l-imħabba tagħha lejh.
Din il-koppja hija mdaħħla sew fil-mużika. Gloriana hija kantanta bravissima u lil Aurelio kemm-il darba rajnieh imexxi l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’avvenimenti kbar bħall-kunċert Mużika Mużika, kif ukoll Rockestra.
Aħna ta’ Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja fit-13-il anniversarju tagħhom.
Facebook / Gloriana Arpa Belli