Fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu Glen xeħet ritratt fejn qal l-ewwel darba li preparajt dak li hu magħruf bħala afternoon tea għal ħbieb tiegħi. Waħda mill-hashtags li kiteb kienet passatemp ġdid u ngħiduha kif inhi, minn dak li nistgħu naraw fir-ritratt jidher li armat sew kien.

Ritratt: Facebook / Glen Vella 

Barra li jidher li kellu kollox kif suppost, l-ikel jidher verament appetituż ukoll. Aħna ta' Gwida.mt ngħidu lil Glen li ma niddejqu xejn kieku nkunu l-mistednin tiegħu għal xi afternoon tea. Jidher li verament jinqala' għal dan ix-xogħol ukoll.

Ritratt: Facebook / Glen Vella 

Minn naqa riċerka li għamilna, il-mistiedna tiegħu kienu Pamela u r-raġel tagħha Alex flimkien mal-ħabiba tagħhom Angela Tirchett. Żgur li ħadd minnhom mhu wiċċ ġdid fix-xena lokali. Prosit Glen jidher li għandek futur sabiħ b'dan il-passatemp!

Ritratt: Facebook / Glen Vella 

Forsi għandek idea ħelwa biex minn sempliċiment passatemp tibda xi avventura ġdida hux! 

Facebook / Glen Vella 


Emil Calleja Bayliss