Bħalissa kulħadd qed ibati minħabba l-pandemija ta' Covid-19 iżda l-istazzjonijiet qed jagħmlu milli jistgħu sabiex joffru lill-poplu l-aħjar skeda possibli. Iċ-chairman eżeukuttiv ta' One, Jason Micallef ħabbar li l-iskeda ta' April, Mejju u Ġunju ser tagħti wens akbar lill-familji Maltin. 

Minn nhar it-Tnejn li ġej jibda l-programm Liquorish fit-20:45, din is-sena b'edizzjoni aqwa u akbar. Mil-ġimgħa d-dieħla kuljum bejn is-1pm u l-4pm ser ikun hemm 120 siegħa ta' drama fil-ġimgħa.

Wenzu u Rożi, il-Klikka, Gizelle, is-Salib tal-Fidda u Klassi Ghalina kollha ser jerġu jixxandru! Gizelle kien l-aktar drama segwit b'ħafna nies xtaqu dejjem li jerġu jarawh iżda qatt ma kellhom iċ-ċans!

Issa ċ-ċans li terġa' tara din is-sensiela mill-bidu net!


Anthony Baldacchino