Kollox jinsab lest biex il-Maltija Giorgia Borg titla' fuq il-palk prestiġjuż ta' Britain's Got Talent biex tikkompeti fis-Semi Finali. Dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu leħina saħħar lill-ġurija u ingħatat il-Golden Buzzer biex assigurat posta direttament fis-semi-finali.

Iktar kmieni matul il-Jum tat-Tlieta, Giorgia poġġiet ritratt fuq il-profil ta' Facebook tagħha, meħud waqt li kienet wara l-kwinti tiprepara għas-serata tal-llejla.

Flimkien ma' Giorgia hemm Matt Muxu Mercieca u Gillian Attard li t-tnejn li huma kienu strumentali biex din il-kantanta Maltija waslet s'hawn. 

Gwida.mt se jkun qed isegwi l-vjaġġ kollhu ta' Giorgia tul is-serata tal-llejla. Ibqa segwi dan is-sit għal iżjed aġġornamenti.

Awguri Giorgia! 🇲🇹


Daniel Schembri