Ftit tal-ħin ilu, mart il-Prim Ministru Lydia Abela qasmet ritratt fuq il-midja soċjali tagħha taċ-ċkejkna Giorgia Mae. Iċ-ċkejkna Giorgia Mae kienet waħda minn dawk il-ftit tfal li llum irritornat lura lejn l-iskola.

Dr Abela kitbet, "Dalgħodu Giorgia Mae qamet ħerqana għall-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida. Bħat-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex, ilha nieqsa mill-iskola għal 6 xhur u għalhekk qed tħares ’il quddiem biex terġa’ tiltaqa’ mal-ħbieb tagħha u flimkien ikomplu bl-esperjenza tat-tagħlim li joffru l-għalliema ddedikati tagħna."

Aħna nawguraw lit-tfal kollha l-isbaħ xewqat għal din is-sena skolastika. Nittamaw li jkollhom sena ta' suċċess mingħajr wisq interruzzjonijiet


Emil Calleja Bayliss