F'intervista li ġiet ippublikata fuq Gwida.mt il-ġimgħa l-oħra li tista tara hawn żvelajna min kien il-moħħ wara l-libsa tat-tieġ ta' Ira Losco. Fl-intervista Rosemarie kixfet li ġimgħatejn qabel it-tieġ kien ser issir aċċident. Ira kienet ser titlef il-libsa tat-tieġ tagħha stess!
"Konna xi ġimagħtejn qabel, qabdilna l-microwave hawn fl-istudio. Lil Yovanka u Bessy għedtilhom x’riħa ta’ toast, ġej il-ġuħ. Wara 10 minuti għedtilhom x’riħa ta’ ħruq u noħroġ hawn barra. Nara l-microwave qed jaqbad litteralment bin-nar. Għall-bidu ma ndunajtx li tipo kien il-microwave. Kien hemm id-drappijiet u l-libsa tat-tieġ t’Ira Losco" tgħidilna Rosemarie.
Dak il-ħin Rosemarie bdiet tippanikja u twerżaq... "Iġru Iġru, il-libsa tat-tieġ!”. Il-miġnuna ma ġitniex f’moħħi nisprenja xi ħaġa jew hekk fuq il-microwave. Qbadna l-platt li kien għadu qed jaqbad u lil Yovanka għedtilha: “Iftaħ il-bieb tal-bitħa, iġri!” u tfajnieh. Imbagħad ġejna hawn, foga kullimkien!"
Għall-grazzja t'Alla ma ġara xejn tgħidilna Rosemarie imma seta' ġraw konsegwenzi koroħ ħafna, "Ftaħna l-bibien ta’ kullimkien. Kulħadd beda jterter bil-bard imma kellna niftħu biex ovvjament il-foga titlaq. Għedtilhom xommu naqra l-libsa: “Mhijiex riħa ta’ ħruq hux?” Immaġinaw lil Ira Losco dieħla għat-tieġ b’riħa ta’ ħruq! Imma thank God ma ġara xejn!"
U Ira x'qalet meta sarettaf? Rosemarie tgħidilna ... "Tgħidx kemm daħket Ira. Qaltli għandi storja x’nista’ nirrakkonta tad-daħk fuq il-libsa tat-tieġ".
Kris Micallef / Rosemarie / Ira Losco / Facebook