Ġimagħtejn oħra mhux ħa nkunu qed insegwu s-sensiela L-Ispettur dan minħabba li ftit tal-ħin ilu għadu kif tħabbar li ħmistax oħra, proprja fid-19 ta' Ottubru ħa jkun preżentat il-baġit.

It-tħabbira saret illum wara nofsinhar bħala laqgħa tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, qabel l-ewwel seduta tal-Kamra tad-Deputati wara l-vaganza tas-sajf.

It-tweġiba tal-kap tal-Oppożizzjoni ssir ġimgħa wara fis-26 ta’ Ottubru bir-rimarki mill-Prim Ministru jsegwu l-għada.

Dan ifisser li d-drama l-Ispettur tkompli fit-2 ta' Novembru 2020. L-iskeda tal-televiżjoni kull darba tiġi affetwata minħabba l-baġit. 

Xi ħaġa differenti mis-soltu hi li l-membri tal-pubbliku mhux se jitħallew fil-gallerija tal-barranin skont ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Intant, illejla tkompli din is-sensiela li ħafna nies qed jistennew b'ħerqa wara s-suċċess tal-ġimgħa li għaddiet! 

Facebook / Spettur


Emil Calleja Bayliss