Il-preżentatriċi u attriċi lokali magħrufa għal kemm tħobb is-safar. Ilbieraħ fuq il-paġna tagħha, Clare qasmet ritratt mill-aħħar mawra li għamlet barra minn xtutna.

Hi taqsam ritratt u tistqarr, "Sena ilu! Min kien jgħidli li kellha tkun l-aħħar vaganza tiegħi?! Niftakar li xrobt ftit birra wara skiing fit-terrazzin f'dak is-silġ u missieri qalli li l-Covid waslet fl-Ewropa u hemm kont qed naħseb, u ija, x'inhuma ċ-ċansijiet li tasal Malta?! Kont pożittiva! Kont naive."

Claire tistqarr li ġiet, laqtet u anke qatlet diversi nies. Hi tistqarr li tinkwieta għall-membri tal-familja tagħha kuljum. Iżda taf li tista' tiġġildilha, "l-enfasi tiegħi tibqa' soda biex inħaddan stil ta' ħajja b'saħħtu b'kull qawwa tiegħi! Żidt il-Vitamina D tiegħi u nagħtiha b'mod rigoruż lil uliedi u lir-raġel tiegħi, b'rimedji omeopatiċi biex insaħħu l-immunità tagħna..."

Clare tkompli tgħid li li x-xorb tal-ilma, li wieħed jorqod sew, li wieħed jieħu doċoċ kesħin, tiekol ħxejjex u anke tagħsar il-frott u l-ħaxix huma remedji tajbin. Hi tkompli tgħid qed tagħmel dan kollu sabiex jekk ikollha taqbadha, tkun b'saħħtiha biżżejjed. Tagħlaq billi tistaqsi, "Dawn huma l-miżuri prijoritarji tiegħi kontra Covid... x'inhuma tiegħek?"

Facebook / Clare Agius


Emil Calleja Bayliss