Waħda mill-isfidi u logħob li l-parteċipanti kellhom jagħmlu waqt Serataron, ilbieraħ, kienet ‘Diski Jaħarqu’, fejn Nate Darmanin u Tiziana Calleja kellhom ikantaw parti minn diski differenti u kif tieqaf il-mużika riedu jkomplu jkantaw bil-lirika t-tajba. Jekk dawn ifallu milli jkantaw il-kliem sew jinfetaħ il-pajrin fuqhom.

Lil Nate nafuh bħala DJ bravissimu, però qatt ma smajnieh jagħmilha ta’ kantant. Jidher li din l-isfida intrebħet minn Tiziana għaliex Nate falla minn li jkompli jkanta d-diski bil-kliem kif inhuma proprja. Il-vuċi tiegħu jidher li ma lagħqetx la lil parteċipanti u lanqas lil Ron għax waqt li beda jkanta, is-segwaċi mid-dar setgħu jaraw tabella li turi l-livell tal-istunar ta’ Nate.

Imma għallinqas jista jgħid li prova u kellu l-kuraġġ jipparteċipa kontra kantanta brava bħal mhi Tiziana.

Idħol HAWN biex tara l-vidjow.


Henzley  Bezzina