Il-kunsillier James Aaron Ellul, ilbieraħ ħabbar li ġiet approvata d-deċiżjoni li jkun hemm triq idedikata lil Oliver Friggieri. Din l-aħbar kienet proposta eżatt ma' mewt il-kittieb prolifiku Malti.

James kiteb, "Illum irċivejt korrispondenza li ġie approvat li t-triq għal Oliver Friggieri fil-Floriana se tkun parti mit-Triq l-Argotti (kif indikat fil-mappa - viċin ħafna fejn kien joqgħod fil-lokalità tagħna)."

James ikompli jispjega, "Sodisfatt li minn mozzjoni tiegħi li ressaqt f'Novembru u li ġiet approvata mill-Kunsill Lokali tal-Floriana, Oliver Friggieri qed jingħata l-ġieħ mistħoqq. Bħalissa qed issir ħidma biex naraw il-possibbiltà li ssir irħama mal-binja ta' fejn kien joqgħod."

James jgħid li fadal xi jsir, "Imiss issa li nkunu kkonsultati biex isir monument fil-lokal għal dan il-personaġġ. Kelli x-xorti li miegħu kont ħabib, bix-xieraq issa, li dak li tana, ngħadduh lil ta' warajna."

Facebook / James Aaron Ellul


Emil Calleja Bayliss