Din ħa tkun it-tnejn u sebgħin edizzjoni ta' Sanremo, il-festival prestiġġjuż li ħafna jqisuh li welled il-Eurovision Song Contest. Ftit ilu fuq il-midja soċjali tħabbret il-lista tal-parteċipanti.

Kif tistgħu taraw ħa jkun festival b'saħħtu b'uħud mill-aqwa talenti! Dawk il-fanatiċi tal-Eurovision Song Contest żgur li jagħrfu lil Fabrizio Moro, Emma Morrone u Mahmood li ħadu sehem fil-passat. Madankollu dan mhumiex l-uniċi ismijiet kbar fil-lista ta' din is-sena! Hemm ukoll Gianni Morandi u Massimo Ranieri.

Żgur mhux forsi li għal sena oħra dan l-ispettaklu ħa jiġbed tant u tant udjenzi! Il-finali tiegħu ħa ssir fit-5 ta' Frar 2022. Ir-rebbieħ ta' dan il-festival ikollu ċ-ċans, jekk dejjem ikun jixtieq li jirrapreżenta lil pajjiżu fil-Eurovision Song Contest! Tgħid ħa jirbaħ wiċċ famijari jew ħa jkun xi ħadd ġdid li jgħolli t-trofew?


Kyle Zarb